Kunsill Studenti Junior College Kunsill Studenti Junior College

L-għaqda fil-Junior College
Wednesday, 16 March 2011 14:27

Waħda mill-akbar fatturi li tagħmel il-ħajja ġewwa l-Junior College unika u speċjali, hija l-preżenza ta' diversi għaqdiet li jinsabu fiha. Għaqdiet bħal Pulse, SDM, Chrisco u Young Enterprise joħolqu lok, fejn persuna, student jew studenta, tkun tista' tqatta il-ħin liberu tagħha, filwaqt illi tħaddan u tiżvillupa ħafna valuri ġodda. Fuq kollox żżom ‘il bogħod minn kull tip ta' tentazzjoni u vizzji. Iżda, minħabba dawn il-ħafna għaqdiet ġewwa istituzzjoni waħda, il-propja għaqda bħalaħaġa waħda qed tiġi mitlufa.

Il-preżenza ta' ħafna għaqdiet ġewwa skola waħda, għalkemm mdaqqsa, qed twassal li hekk kif kull għaqda tiġbed u tatratta n-nies tagħha, l-istess membri ta' kull għaqda, jingħalqu fi grupp wieħed u għal avvenimenti bħala skola magħquda, bħall-Isoiree u attivitajiet relatati mal-isport, ikun hemm in-nuqqas taparteċipazzjoni ta' ħafna studenti li sa frattant ikunu kapaċi jekk mhux mill-aħjar biex jaħdmu dak l-irwol jew jieħdu dik il-parti. Kif ukoll, dak is-sodisfazzjonli ġġeghlek tħoss l-iskola, li toħroġ barra u ssemmi isimha, qiegħed jiġi mitluf ukoll.

Għalhekk inħoss, li f'messaġġ qasir, għandna noqgħodu attenti, filwaqt li naħdmu flimkien biex din il-problema tibda tonqos, u għal darba oħra, bħala Kulleġġ wieħed, niġbdu ħabel wieħed u b'hekk niksbu suċċessi li wara kollox,ħaqqna.

Michele Cardinali - PRO KSJC

 

Add comment


Security code
Refresh