Kunsill Studenti Junior College Kunsill Studenti Junior College

Il-qagħda preżenti ġewwa l-Junior College
Tuesday, 10 November 2009 21:04

Meta wieħed jikkalkula l-ammont kbir ta’ studenti fil-Junior College kif ukoll l-ammont ta’ għalliema li jużaw il-kulleġġ, malajr jikkonkludi li l-post huwa pjuttost żgħir għall-eluf ta’ nies li jużawh. Id-densita’ kienet u għadha waħda mill-akbar problemi fil-Kulleġġ u nittamaw li l-bini ġdid li qed isir itaffi xi ftit minn din il-problema.

Jekk imbagħad wieħed ser janalizza l-indafa fil-Junior College, is-sitwazzjoni tista’ titqies bħala waħda xokkanti. Diffiċli biex wieħed imaqdar il-mod li bih jaħdmu l-ħaddiema li jieħdu ħsieb it-tindif fil-Kulleġġ, biss dawn għandhom dawn ukoll għandhom il-limitazzjonijiet tagħhom speċjalment għall-mod li tinħass il-ħtieġa li jiżdiedu l-ħaddiema li jagħmlu dan ix-xogħol.

Tajjeb li tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-amministrazzjoni tal-Kulleġġ dwar il-qagħda tal-mistħija li qed jinżammu l-latrini li hemm wara l-canteen tal-Kulleġġ, biswit id-dipartiment tat-tagħlim tal-Għarbi. Dawn mhux biss huma fi stat ħażin ħafna ta’ sanita’ iżda wkoll huma ta’ periklu għal min jista jidħol fihom. Ix-xorok jidhru mikxufin b’partijiet mis-saqaf litteralment jaqgħu biċċiet. Huwa fl-istess parti tal-Kulleġġ ukoll li l-istudenti ħassewhom ixxukjati għall-mod li bih spiċċaw ibejtu l-ħamiem fih!

Fuq kollox ma rridux ninsew il-bini li kien għaddej fil-Kulleġġ matul dan is-Sajf. Dan il-proġett huwa ta’ min ifaħħru. Pero minabarra dawn il-proġetti kbar ma rridux ninsew dawk il-postijiet kollha madwar il-Kulleġġ fejn hemm bżonn li jiġi rranġat dak li diġa’ jeżisti. B’mod speċjali fis-sulari t’isfel tal-Kulleġġ hemm bżonn li titneħħa l-ħafna umdita u żebgħa mqaxxra minn mal-ħitan. Jidhru wkoll diversi konsenturi, pajpijiet għaddejin u msaffa u wajers tad-dawl imdendlin kif ġie ġie.

Nixtieq nagħlaq l-kitba tiegħi billi nappella lill-istudenti kollha biex isaħħu l-appel tagħhom wara l-Kunsill ta’ l-Istudenti tal-Junior College u b’hekk nuru lill-Amministrazzjoni tal-Kulleġġ li s-sistema preżenti ma tistax tibqa’ kif inhija. Nappella wkoll lill-istudenti kollha fil-Kulleġġ biex jikkoperaw flimkien, jinvolvu ruħhom fl-attivitajiet u inizjattivi varji u jevitaw il-vizzju ikrah tal-vandaliżmu.

 

 

Add comment


Security code
Refresh