|
Tuesday, 10 November 2009 21:13 |
|
Kif ilkoll smajna f’dawn l-aħħar xhur, il-futbol Malti ma tantx kien għaddej minn perjodu sabiħ, Fejn wara li faqqgħet il-kwistjoni rigward il-korruzzjoni, inqalgħu ħafna għidut u opinjonijiet varji. Ħafna jaqblu li l-awtoritajiet u l-Bord ikkonċernati qed idumu wisq biex jaslu għad-deċiżjonijiet finali b’tali mod li l-kampjonat beda u kellu jitwaqqaf hekk kif inqatgħet is-sentenza fuq it-tim tal-Birgu li nstab ħati ta’ xiri ta’ logħob u ġew relegati fl-Ewwel Diviżjoni.
Fil-bidu l-Malta Football Association bdiet tikkunsidra li l-kampjonat jitkompla b’disa’ timijeit fil-Premier League u ħdax-il tim ieħor fl-ewwel diviżjoni. Biss din id-deċiżjoni m’għaddietx hekk kif diversi membri ta’ l-istess bord ma qablux ma dan. Hawnhekk l-MFA spiċċat iffaċjata b’deċiżjoni iebsa dwar x’kellu jsir bil-kampjonat, bl-aktar deċiżjoni raġonevoli tkun li l-Kampjonat Premier u l-Ewwel Diviżjoni jerġgħu jibdew mill-bidu. Il-kwistjoni kompliet tikkomplika ruħha hekk it-tim tal-futbol Xlukkajr ukoll sab ruħu relegat għall-ewwel diviżjoni. Fl-aħħarnett il-bord iddeċieda li ż-żewġ timijiet li fl-istaġun ta’ qabel kienu ġew relagati għandhom jerġgħu lura fil-Premier u jieħdu post dawk it-timijiet li ġew eliminati minħabba l-każi ta’ korruzzjoni. Kienu Ħamrun Spartans u Msida St Joseph dawk it-timijiet li mlew il-postijiet battala fil-kampjonat premier.
Sfortunatament dawn il-każi ta’ korruzzjoni ħabtu eżatt mal-anniversarju tal-MFA fl-għeluq tal-mitt sena tagħha minn meta sar l-ewwel kampjonat fl-1909 u fl-għeluq tal-ħamsin sena tagħha minn meta ssieħbet fil-FIFA.
Biss fil-kampjonati Maltin tal-futbol ma kellniex biss problemi. Kellna wkoll bosta unuri. It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt is-sbatax-il sena ħadu sehem fil-UEFA Under-17 Champions League 2009-2010 ġewwa Andorra. It-tim Malti ħareġ rebbieħ kontra t-tim Olandiż, rebħa verament prestiġġjuża meta tqabbel il-kobor u l-esperjenza li għandu t-tim Olandiż ma’ dak Malti. Dan kien ukoll l-ewwel grupp Malti li għaddew għat-tieni fażi ta’ dan il-kampjonat. Ir-riżultati għat-tim Malti huma dawn: Irlanda ta' Fuq 2 - 0 Malta, Olanda 1-2 Malta u Andorra 0-0 Malta.
Għaldaqstant il-Maltin spiċċaw it-tielet fil-grupp tagħhom. Pero’ klassifikaw bħala t-tieni l-aħjar tim minn dawk kollha li ġew it-tielet mill-gruppi kollha. Nixtieq fl-aħħar nett insellem lil dawk il- plejers li jattendu l-Junior College u ngħidilhom prosit tal-unur li għamlu lil pajjiżna. Fosthom insibu lil Dylan D'agostino, Brandon Gatt, Michael Camilleri, Ian Scerri, Carlos Dimech, Matthew Hammett, Sacha Borg, John Debono u John Micallef.
|
Comments
RSS feed for comments to this post.