Kunsill Studenti Junior College Kunsill Studenti Junior College

Nirrestawraw jew Neliminaw il-Festi Maltin?
Tuesday, 10 November 2009 21:17

Kulħadd jaf li aħna l-Maltin ngħixu ġewwa pajjiż li għandu ħaġa waħda tassew komuni u li jgħaddi minnha ta` kuljum, dik li nargumentaw. L-argumenti ma jispiċċaw qatt u jekk mhux fuq ħaġa tkun fuq oħra u l-istorja tkompli sejra hekk. Dan id-dokument li ħarġet il-Kurja Arċiveskovali, qajjem pollemiki kbar li ilhom ikarkru għal żmien twil. Kien hemm bosta spekulazzjonijiet fosthom dik li l-marċ ta` filgħodu ser jispiċċa u bosta xniegħat oħra li konkretament gew imwieġba f`Ottubru li għadda meta ħareġ id-dokument mimli proposti li ġew imqegħda fuq il-mejda tad-diskussjonijiet.

Meta wieħed jagħti daqqa t`għajn fuq fuq lil dan id-dokument malajr jintebaħ li hemm bosta proposti li ħafna minnhom għandhom x`jaqsmu mal-aspett reliġjuż, il-festi ta` ġewwa, fejn hemm bosta suġġerimenti dwar kif għandha tkun il-proċedura meta jkun hemm funzjonijiet  ġewwa l-knejjes. L-ewwel ħaġa li ċertament tiġbed l-għajn hija li l-festi esterni għandhom ikunu t-tkomplija tal-festi li jseħħu fil-knejjes u din il-ħaġa għandha tkun prattikata mingħajr tlaqliq ta xejn. Wara kollox il-festa hija ad unur il-qaddis Patrun/a li kienu dixxipli t`Alla. Jekk inżommu din f`moħħna nistgħu nibdew nanalizzaw l-aktar proposti kontroversjali.

Hija xi ħaġa komuni ħafna li meta tmur ġo marċ ta` filgħodu tara bosta nies li jinżgħu l-flokkijiet tagħhom u anke ilbies li b`kull rispett huwa iktar applikabli li tmur bih il-bahar milli tmur ġo marċ tal-festa. Il-prosposta tgħid biċ-ċar li dawn l-attidudnijiet irridu jinqatgħu minnufih u mingħajr l-ebda tip ta dubju, min għandu ghal qalbu verament il-festi għandu jappoġġja suġġerimenti bħal dawn, bħal ma hija l-proposta rigward il-kant u l-marci li huma mimlijin b`insulti u kliem dispreġjattiv.

Fuq in-naħa negattiva rridu naraw proposti oħra dwar l-armar ta’kull sena magħruf bħala s-sorprizi, fejn bosta Kummissjonijiet taż-żagħżagħ ser jispiccaw mingħajr skop biex jaħdmu. Irridu naraw kif ser tispicca din is-saga, fejn wara nkunu nistghu nagħmlu ġudizzju ferm aħjar. Ta` min iqajjem punt importanti, fejn għalkemm hemm bosta aspetti tal-festa li huma msemmija, irridu naraw ukoll x’ser jiġri fuq aspetti oħra bħal-loghob tan-nar u l-irkant tal-vari li naturalment huma fatturi importanti ħafna mill-festa Maltija.

 

Add comment


Security code
Refresh