Kunsill Studenti Junior College Kunsill Studenti Junior College

Il-Parlament taż-Żgħażagħ
Friday, 26 February 2010 20:03

Ħafna drabi, meta wieħed jisma' l-kelma “Parlament”, jiġuh f'rasu Lawrence Gonzi u Joseph Muscat jargumentaw, f'kompetizzjoni min se jirnexxielu “jkisser” lil ieħor. Apparti l-fatt li dan fil-fatt m'huwiex il-każ, il-Parlament huwa wkoll mezz kif inti, bħala żagħżugħ/a tista' ssemma' leħnek u tgħid dak li għandek tgħid lill-“kbar” tal-pajjiz: li fil-verita' ma jkunu kbar xejn jekk ma jieħdux il-ħin jisimgħu dak li INT għandek tgħid.

Wara kollox żomm f'moħħok li ż-żgħażagħ m'humiex sempliċiment “il-ġenerazzjoni tal-futur” - kif ħafna drabi nisimgħuhom jgħidu. Aħna wkoll il-ġenerazzjoni tal-lum il-ġurnata. Żur: nyp2009.org

- Mario Frendo, Segretarju Ġenerali - SDMjc

 

Add comment


Security code
Refresh